|
|
|
|
|
|
|
|
|
 |
 |
| |
 |
X'Inhi l-E-Democracy
E-Democracy (Demokrazija Elettronika) tuza l-qawwa tal-internet biex tqarreb lin-nies lejn l-amministrazzjoni u ssahhah id-demokrazija. L-ghan ta' din l-inizzjattiva hu li tghin lic-cittadin jifhem aktar lill-gvern nazzjonali u lokali u tinkoraggih jiehu sehem akbar fit-tmexxija, kif ukoll li tipprovdi mezz biex il-gvern jikkomunika ahjar u jkun aktar accessibli u trasparenti f'ghajnejn ic-cittadin. B'dan il-mod l-internet isir mezz li bieh ic-cittadini jinvolvi rwiehhom bis-shieh fil-process demokratiku.
|
| |
l-E-Democracy fil-Prattika
L-isfida li ghandhom quddiemhom kemm il-gvernijiet, u kif ukoll individwi u gruppi, hija li jsibu dawk il-mezzi li l-aktar jistghu iwasslu ghat-twettieq shieh tad-demokrazija elettronika. Bhalissa qed isir xoghol f'hafna demokraziji li qeghdin jaghmlu hilithom sabiex isibu modi godda u ahjar li jghinuhom jifhmu u jsolvu l-hafna problemi li jinqalghu kemm fil-prattika u kemm fit-tejorija.
Sabiex id-demokrazija elettronika tirnexxi trid qabel xejn tingheleb il-problema ta' kif is-sistema se taghraf lic-cittadin li jersaq biex jesprimi opinjoni jew biex isemma lehnu. Dan ghaliex ic-cittadini jehtiegu jingharfu b'mod li jithares id-dritt ghall-privatezza ta' l-individwu, filwaqt li jippermetti li wiehed jiehu sehem f'diskussjonijiet minn fuq l-internet. Jezistu metodi mssejha cryptographic li jiggarantixxu l-anonimita filwaqt li jippermettu li jitqiesu b'aktar sahha opinjonijiet esperti, bhal nghidu ahna ta' xi xjenzjat maghruf meta s-suggett tal-forum ikun l-ambjent u l-ekologija.
Problema ohra huma l-interessi diretti ta' nies li jistghu ihossuhom mghedda mil-kuncett ta' demokrazija elettronika, bhal politici, xandara u xi negozji kbar. Dawn xaktarx ikunu minn ta' quddiem li jopponu t-thaddim tad-demokrazija elettronika.
|
| |
L-Internet u l-Politika
L-internet jista' jkun mezz kif titwettaq id-demokrazija diretta billi jeghleb il-problema tad-distanzi. F'din it-tip ta' demokrazija, il-migemgha tac-cittadini, dawk kollha li jaghzlu li jiehdu sehem fiha, ghandha l-poter li taghmel il-ligijiet u li tahtar u twarrab l-ezekuttiv, li jrid bilfors joqghod ghar-rieda tal-poplu. Dan jghodd ukoll ghal teknologiji ohrajn bhall-mobile.
Filwaqt li mezzi aktar qodma ta' komunikazzjoni jippermettu xandir minn ftit nies ghal hafna nies (ez. ir-radju) jew mill-ftit ghall-ftit (telefon), l-internet fetah it-triq ghal xandir mill-hafna ghall-hafna, u ghalhekk jista' jitqies bhala l-medium idejali ghat-thaddim tal-politika. Barra minn hekk l-internet juza kodici li jippermittu t-tixrid ta' informazzjoni u l-konsultazzjoni tac-cittadini, filwaqt li jnehhi l-biza ta' frodi elettorali. Bis-sahha ta' l-internet, in-nies jistghu jahdmu flimkien minghajr il-htiega li jiltaqghu f'post wiehed. Ghal dawn ir-ragunijiet kollha l-internet mistenni jsir il-mezz ewlieni ta' komunikazzjoni politika.
|
| |
Vantaggi u Zvantaggi
Xi oggezzjonijiet li tradizzjonalment kienu jsiru fil-konfront tad-demokrazija diretta jistghu japplikaw ukoll ghad-deomkrazija elettronika, bhal nghidu ahna l-periklu ta' kuncetti populisti u demagogici. Hemm ukoll oggezzjonijiet aktar prattici, bhall-firda li tista' tinholoq bejn min ghandu access ghall-internet u min m'ghandux, u kif ser tigi allokata n-nefqa fid-demokrazija elettronika.
Filwaqt li xi teknologiji ezistenti bhal electronic mailing lists, peer-to-peer networks, collaborative software, wikis, Internet forums u blogs joffru soluzzjonijiet ghal xi aspetti tad-demokrazija elettronika, daqstant iehor jistghu indikaw problemi li jistghu jinqalghu, bhan-nuqqas ta' harsien ta' l-identita' elettronika, informazzjoni zejda, u vandalismu elettroniku.
|
| |
Demokrazija Diretta Elettronika
Id-demokrazija diretta tista' tithaddem b'mod elettroniku, fejn l-inernet u mezzi ohra ta' komunikazzjoni elettronika jintuzaw biex ihaffu l-burokrazija tar-referendum, flimkien ma' titjib teknologiku applikat fil-process konsultattiv. Id- demokrazija diretta elettronika tissejjah ukoll EDD, ghalkemm insibu wkoll hafna ismijiet ohrajn ghall-istess haga.
L-EDD tehtieg xi mezz sabiex il-voti tac-cittadini jigu registrati b'mod elettroniku. Bhalma jsehh fid-demokrazija diretta, ic-cittadini f'EDD ikollhom id-dritt jivvutaw il-ligijiet qabel il-parlament, iressqu ligijiet godda, u jnehhu r-rapprezentanti taghhom meta jridu.
Ross Perot kien ghal xi zmien favur l-EDD meta kien ifahhar l-"electronic town halls" matul il-kampanji presidenzjali Amerikani tal-1992 u l-1996.
L-EDD bhala sistema kompluta ma ssiba mkien fid-dinja. L-iSvizzera, li diga ghandha forma parzjali ta' demokrazija diretta, dalwaqt ikollha din is-sistema.
|
| |
e-Government
L-e-Government, jew gvern elettroniku, huwa mezz kif il-gvern juza t-teknologija tal-informatika biex iwassal informazzjoni u servizzi lic-cittadini u lin-negozji, u bejn dipartimenti differenti tal-gvern. Il-kuncett jista' jinuza wkoll mill-gvern, il-qrati u c-civil biex ihaffef ix-xoghol kemm internment, kif ukoll fl-ghoti ta' servizzi publici u fil-process ta' tmexxija demokratika. Is-servizz jista' jitwassal mill-gvern ghac-cittadin (hekk imsejjah G2C), mill-gvern ghan-negozju (G2B), jew mill-gvern ghall-gvern (G2G). L-ikbar vantagg li jgib mieghu il-gvern elettroniku huwa li s-servizzi pubblici jitwasslu ahjar u b'iktar efficjenza.
Minkejja li hafna jqisu l-gvern elettroniku bhala online jew fuq l-internet, hemm hafna teknologiji ohrajn li jistghu jintuzaw ghall-istess ghan. Fost dawn insibu t-telefon, fax, PDA, SMS, MMS, wireless networks, Bluetooth, CCTV, tracking systems, RFID, biometric identification, road traffic management u regulatory enforcement, karti tal-identità, smart cards u applikazzjonijiet ohra ta' NFC; teknologija fil-post tal-votazzjoni (ghall-votazzjoni elettronika fil-post), TV u servizzi pubblici minn fuq ir-radju, e-mail, online community facilities, newsgroups u electronic mailing lists, online chat, instant messaging technologies. Hemm ukoll taqsimiet ohrajn tal-gvern elettroniku bhal m-government (mobile government), u-government (ubiquitous government), u g-government (GIS/GPS applications for e-government).
Hemm hafna x'wiehed jghid fuq it-tfassil u t-twettieq tal-gvern elettroniku, bhal kif jista' jkun l-ahjar mod biex jistghu jitlaqqghu il-gvern u c-cittadini, u kif dan jista' jolqot, tajjeb jew hazin, l-aspetti ekonomici, socjali u politici tal-pajjiz.
F'pajjizi bhar-Renju Unit hemm interess fl-uzu tal-gvern elettroniku biex jinvolvi c-cittadini fil-process politiku, fejn saru wkoll esperimenti bil-ghan li tizdied il-partecipazzjoni fl-elezzjonijiet billi jithaffef il-process permezz tal-votazzjoni elettronika. Il-kummissjoni elettorali tar-Renju Unit wettqet diversi provi, imma tqajmu xi oggezzjonijiet minhabba l-biza' ta' frodi.
|
| |
E-voting - Kif il-Votazzjoni Elettronika Tista' Thedded id-Demokrazija
F'Jannar ta' l-2003 l-attivista Bev Harris kienet maghluqa fil-kantina ta' darha gewwa Renton, Washington, u kienet qed tfittex fuq l-internet ghal xi informazzjoni fuq apparat tal-votazzjoni elettronika. Meta kklikjat fuq is-sit ta' Diebold Election Systems, li jaghmlu apparat bhal dan, Harris sabet madwar 40,000 fajl mhux protetti. Fosthom kien hemm kodici ta' Diebold's AccuVote Touch-Screen Voting Machine, programmi tal-Global Election Management System ta' l-istess ditta, lista ta' votanti minn Texas bl-ismijiet u l-indirizzi, u informazzjoni rizervata minn 57 post tal-votazzjoni fl-elezzjoni primarja tal-2002 fil-California.
"Kien hemm hafna affarijiet li mhux suppost kienu hemm," qalet Harris.
Il-fajl tal-California kien tat-3:31pm ta' nhar l-elezzjoni, u dan ifisser li Diebold setghu akkwistaw l-informazzjoni waqt il-votazzjoni. Imma l-postijiet tal-votazzjoni ma jistghux jaghtu din l-informazzjoni qabel jaghlqu l-bibien fit-8:00pm. Harris bdiet tahseb jekk il-kumpannija setghetx qabdet xi voti waqt l-elezzjoni u biddlithom minghajr hadd ma jaf.
Harris sabet li setghet tidhol fil-programm ta' Diebold billi tuza l-Microsoft Access, programm komuni li jigi mal-Microsoft Office, u tbiddel il-voti minghajr ma thalli ebda tracca. Diebold ma kienux ipprotegew il-fajl, u ghaldaqstant kull min seta' jidhol fil-fajl dakinhar tal-elezzjoni - jigifieri impjegati ta' Diebold, nies tal-kummissjoni elettorali, jew nies ohrajn permezz tal-linji tat-telefon - setghu jibdlu l-voti u jghattu ghemilhom billi jhassru r-registru.
Dan il-kaz qajjem thassib serju fuq l-integrita tal-votazzjoni elettronika. Xi ufficjali elettorali qabdu ma' Harris, mara ta' 53 sena b'hamest itfal, u ghajruha eccentrika u li timmagina kumplotti li ma jezistux, u waslu biex qalu meta tat sehema biex jinkixef il-kaz kienet qed tkun ta' theddida ghad-demokrazija. Imma ftit ftit ufficjali ohrajn, politici u votanti qablu maghha li s-sistemi ta' votazzjoni ellettronici u l-kumpaniji li jaghmluhom kellhom xi haga hazina.
Fl-2002 il-Kungress Amerikan approva l-Help America Vote Act (HAVA), li permezz tieghu ivvota $3900 miljun ta' fondi federali sabiex jghin l-istati jaqilbu ghal sistemi ahjar ta' votazzjoni elettronika. Wara l-kwistjoni tal-vot ta' Florida fl-elezzjoni presidenzjali tal-2000, u t-tahwid tas-sistema tal-vot tal-karta bit-toqob, il-kumpaniji tal-apparat tal votazzjoni elettronika bdew ipingu l-prodott taghhom bhala s-soluzzjoni idejali. Imma fill-prattika deher li dan l-apparat kultant ma jahdimx, jew inkella jahdem hazin u jhawwad fil-voti, u hemm il-periklu li xi hadd jista' jidhol fih u jimmanipulah kif jaqbillu.
Hemm ukoll thassib dwar in-nies li jaghmlu dan l-istess apparat. Xi impjegati ta' dawn il-kumpaniji issemmew f'kazi ta' tixhim li fihom kien hemm imdahhlin ukoll xi ufficjali elettorali. Hemm ukoll thassib dwar is-simpatiji partiggjani tal-mexxejja ta' xi kumpaniji. Hekk nghidu ahna il-kap ta' Diebold huwa partitarju u attivist fil-kampanja tal-president Bush.
|
| |
|
|
|
| |
|
|
|
 |
|
|